Antoine de Jussieu

botaniku Franċiż (1686-1758)

Antoine de Jussieu (twieled fis-6 ta’ Lulju 1686 – miet fit-22 ta’ April 1758) kien naturalista, botaniku u fiżiku Franċiż. L-abbrevjazzjoni standard tal-awtur Ant.Juss. tintuża biex tindika din il-persuna bħala l-awtur meta jiġi kkwotat xi isem botaniku.[1]

Antoine de Jussieu
Ħajja
Twelid Lyon, 6 Lulju 1686
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 22 April 1758
Familja
Missier Laurent de Jussieu
Aħwa
Familja
Tribù familja de Jussieu
Edukazzjoni
Alma mater Faculty of Medicine of Montpellier (en) Translate
Lingwi Latin
Franċiż
Għalliema Joseph de Tournefort
Pierre Magnol
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni botaniku
tabib
Post tax-xogħol Pariġi
Montpellier
Lyon
Sħubija Soċjetà Rjali
Akkademja Franċiża tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi Prussjana

Jussieu twieled f’Lyon, iben Christophe de Jussieu (jew Dejussieu), spiżjar ta’ ċertu reputazzjoni, li ppubblika n-Nouveau traité de la theriaque (1708). De Jussieu studja fl-Università ta’ Montpellier, u vvjaġġa ma’ ħuh Bernard fi Spanja, fil-Portugall u fin-Nofsinhar ta’ Franza. Huwa mar f’Pariġi fl-1708. Joseph Pitton de Tournefort, il-predeċessur tiegħu fil-Jardin du Roi[2], li iktar ’il quddiem sar magħruf bħala l-Jardin des Plantes, miet dik is-sena.[3]

Il-pubblikazzjonijiet oriġinali ta’ de Jussieu mhumiex ta’ importanza notevoli, iżda huwa wettaq l-editjar ta’ edizzjoni tal-Institutions rei herbariae (tliet volumi, 1719) ta’ Tournefort, u pubblikazzjoni post-mortem ta’ Jacques Barrelier, Plantae per Galliam, Hispaniam, et Italiam observatae, &c. (1714).

Huwa pprattika l-mediċina, u ddedika lilu nnifsu l-iktar lin-nies li kienu l-iktar foqra.[3] It-tagħlim tiegħu ġie ppubblikat wara mewtu, fl-1772, bit-titlu Traité des vertus des plantes.[4]

Ħuh Bernard de Jussieu huwa magħruf iktar minnu.

References

immodifika
  1. ^ "International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2021-07-06.
  2. ^ De Jussieu. 8. Miġbur 2021-07-06.
  3. ^ a b Jussieu, De. 15. Miġbur 2021-07-06.
  4. ^ Jussieu, Antoine de; Gandoger de Foigny, Pierre Louis. Traité des vertus des plantes : ouvrage posthume de M. Antoine de Jussieu ... Nancy :: Chez Hiacinthe Leclerc,.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link)