Kolonja ta' Malta
| |||
1813-1964 Mappa ta' Malta | |||
Kapitali | Valletta | ||
Lingwi | Ingliż Malti Taljan (sal-1934) | ||
Gvern | Kolonja Re/Reġina: Ġorġ III (l-ewwel, 1813-1820) Eliżabetta II (l-aħħar, 1952-1964) Gvernatur: Thomas Maitland (l-ewwel, 1813-1824) Maurice Henry Dorman (l-aħħar, 1962-1964) Prim Ministru: Joseph Howard (l-ewwel, 1813-1824) Ġorġ Borg Olivier (l-aħħar, 1962-1964) | ||
Munita | Skud Malti u diversi muniti oħra (1813-1825) Lira Sterlina (1825-1964) | ||
Preċedut minn | Protettorat ta' Malta 23 ta' Lulju 1813 | ||
Suċċedut minn | Stat ta' Malta 21 ta' Settembru 1964 |
Il-Kolonja ta' Malta kien l-isem uffiċjali ta' Malta meta kienet kolonja Ingliża bejn l-1813 u l-1964.
Seklu Dsatax u l-bidu tas-Seklu Għoxrin
immodifikaIr-Renju Unit kien ħa Malta fl-1800, u għall-bidu l-gżejjer ġew amministrati bħala protettorat. Madankollu, fl-1813 Thomas Maitland sar l-ewwel Gvernatur ta' Malta, u sena wara Malta saret kolonja Ingliża uffiċjalment fit-Trattat ta' Pariġi. Maitland kien attiv ħafna fl-mministrazzjoni ta' Malta u ftit wara li wasal irnexxielu jeqred il-pesta li kienet faqqgħet fl-1813. Hu baqa' gvernatur ta' Malta sakemm miet fl-1824, u f'dawk is-snin irnexxielu jbiddel ħafna affarijiet, fosthom it-tneħħija tal-Università u tibdil ieħor fil-qrati u fil-gvern.
Waqt il-Gwerra Griega tal-Indipendenza ta' bejn l-1821 u l-1832, Malta saret bażi importanti għall-forzi navali Ingliżi, Franċiżi u Russi, speċjalment wara l-Battalja ta' Navarino tal-1827. B'hekk kien hemm ħafna kummerċ u l-ekonomija Maltija marret għall-aħjar. Sfortunatament ftit wara li spiċċat il-gwerra l-ekonomija marret lura għax il-kummerċ spiċċa.
Fl-1835 Malta ngħatat kostituzzjoni u b'hekk inħoloq gvern Malti mhux elett għall-ewwel darba. Wara l-irvell tal-karnival fl-1846, Malta ngħatat kostituzzjoni ġdida fejn kien hemm gvern parzjalment elett. Fl-1887, b'kostituzzjoni oħra il-membri eletti Maltin kienu f'maġġoranza, iżda dan waqaf bil-kostituzzjoni tal-1903 meta is-sitwazzjoni reġgħet saret bħal ma kienet fl-1849.
Waqt il-Gwerra tal-Krimea bejn l-1853 u l-1856, reġgħa kien hemm ħafna kummerċ u Malta saret bażi navali u militari importanti. Wara l-gwerra l-kummerċ reġgħa naqas iżda wara żdied meta nfetaħ il-Kanal tas-Swejs fl-1869.
Fl-aħħar kwart tas-seklu kien hemm ukoll progress ieħor f'diversi setturi, fosthom il-fondazzjoni tal-Bank Anglo-Eġizzjan (1882), il-bidu tal-vapur tal-art (1883) u r-riforma tas-servizzi postali (1885). Fl-1912, Dun Karm Psaila kiteb l-ewwel poeżija bil-Malti.
L-Ewwel Gwerra Dinjija u l-perjodu ta' bejn il-gwerer
immodifikaWaqt il-gwerra tal-1914 sal-1918, Malta ma ratx ġlied, iżda ħafna suldati mweġġgħa kienu jiġu Malta sabiex ifiequ, u b'hekk Malta saret magħrufa bħala "l-infermiera tal-Mediterran". Fl-1919 kien hemm l-irvell tas-Sette Giugno, u b'riżultat ta' dan Malta ngħatat is-self-government fil-kostituzzjoni tal-1921 u kien elett l-ewwel prim ministru. Fit-tletinijiet kien hemm kunflitt bejn il-knisja u Gerald Strickland u kien hemm l-ewwel interdett. Ftit wara, it-Taljan ma baqax linqwa uffiċjali f'Malta minħabba l-poter ta' Benito Mussolini u l-faxxisti li kien problema għall-Ingliżi f'Malta. B'hekk spiċċat il-kwistjoni tal-lingwa.
It-Tieni Gwerra Dinjija
immodifikaMalta kienet involuta sew fit-Tieni Gwerra Dinjija minħabba l-fatt li l-Italja kienet kontra l-Ingilterra fil-gwerra. Malta ġiet ibbumbardjata spiss u ħafna nies mietu (10,000), speċjalment fl-inħawi tal-Port il-Kbir. Barra minn hekk, diversi binjiet storiċi bħat-Teatru Rjal, il-Berġa ta' Alvernja u Forti San Mikiel ġew imġarrfa u ma reġgħux inbnew. Malta ġiet salvata fil-konvoj ta' Santa Marija, Operation Pedestal fejn ħames vapuri fosthom l-Ohio rnexxielhom jaslu Malta bl-ikel u l-fjuwil li kien essenzjali għal Malta. Il-bumbardamenti fuq Malta naqsu fl-1943 u dik is-sena l-alleati attakkaw Sqallija minn Malta. B'hekk il-forzi Germaniżi u Taljani ma kellhomx minn fejn jattakkaw lil Malta u b'hekk il-gwerra f'Malta spiċċat.