Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tista' tipproċessa biss id-data personali tat-tfal fuq il-bażi tal-kunsens biss bil-kunsens espliċitu tal-ġenitur jew ta' min għandu l-kustodja tagħhom sa ċertu età. Il-limitu tal-età biex jinkiseb il-kunsens tal-ġenituri jvarja bejn 13 u 16-il sena, skont l-età stabbilita fl-Istati Membri differenti tal-UE. Ivverifika mal-Awtorità Nazzjonali tiegħek għall-Protezzjoni tad-Data.

Għandu jsir sforz raġonevoli, li jqis it-teknoloġija disponibbli, biex jiġi vverifikat li l-kunsens mogħti huwa verament konformi mal-liġi. Dan ifisser li l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha timplimenta miżuri li permezz tagħhom tivverifika l-età (pereżempju mistoqsijiet ta' kontroll, azzjonijiet fuq is-sit elettroniku).

Għandu jinkiseb il-kunsens mingħand il-ġenitur jew mingħand min għandu l-kustodja jekk l-organizzazzjoni tiegħek taħdem fuq siti ta' netwerking soċjali onlajn li jipprovdu logħob mingħajr ħlas lill-minorenni jew fl-assigurazzjoni tal-familja, pereżempju.

Jekk l-organizzazzjoni tiegħek timmira lejn it-tfal, għandek tiżgura li kwalunkwe informazzjoni u komunikazzjoni indirizzata lejn it-tfal tkun faċilment aċċessibbli u b'lingwaġġ ċar u sempliċi li tifel jew tifla jistgħu faċilment jifhmu.

Is-servizzi preventivi jew ta' konsulenza offruti direttament lill-minorenni ma jeħtiġux l-awtorizzazzjoni tal-ġenituri għaliex huma mmirati biex jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal.

Referenzi