Boortsog
Boortsog jew bawïrsaq (Baxkir: бауырһаҡ, Każak: бауырсақ, Kirgiż: боорсок, Mongoljan: боорцог, Russu: баурсак, бавырсак jew bawırsaq, Użbek: bog'irsoq, Taġik: бусроқ, Tork: pişi, bişi, tuzlu lokma, jew halka, Turkmen: pişme) huwa ikel li jikkonsisti minn għaġina moqlija li jinsab fil-kċina tal-Asja Ċentrali, Idel-Ural, Mongolja u Lvant Nofsani[1]. Jinstabu f'forma trijangolari jew sfera[2]. L-għaġina tikkonsisti minn dqiq, ħmira, ħalib, bajd, marġerina, melħ, zokkor, u xaħam[3]. Boortsog Taġik huma sikwiet imżejnin b'disinn ta' xibka b'passatur żgħir fuq l-għaġina qabel ma tiġi moqlija.
Boortsog sikwit jittiekel bħala diżerta biz-zokkor, butir, ġamm, jew għasel. Jistgħu jissejħu xkunvatt jew biskuttini, u peress li huma moqlijin huma simili għal doughnuts. Mongoljani u nies Turkiċi xi kultant ibillu boortsog fit-tè. Fl-Asja Ċentrali, baursaki sikwiet jittieklu flimkien mas-soppa[4].
Metodu
[immodifika | immodifika s-sors]L-għaġina għal Boortsog hi magħmula minn ingredjenti differenti skond jekk l-għaġina hix sempliċi jew ħelwa u qarquċija. Per eżempju, riċetta Kirgiża tikkonsisti minn parti waħda ta' butir, 7 partijiet ilma mielaħ, u 6 partijiet ħalib, flimkien ma' ħmira u dqiq, waqt li riċetti iktar kumplessi iżidu l-bajd u z-zokkor. L-għaġina tista' ssir ukoll bil-kajmak.
Boortsog huma msajrin billi tqatta' l-għaġina ċċattjata f'biċċiet. Għalkemm ma ssirx fl-Asja Ċentrali, il-biċċiet jistgħu jitgħawġu jew jitgħaqdu fi forom differenti qabel ma jiġu mgħaddsin fiż-żejt u moqlijin. Din il-proċedura hija komuni qalb il-Mongoljani. L-għaġina tinqela sakemm issir kulur kannella dehbi. Xaħam tal-laħam tal-muntun huwa tradizzjonalment użat mill-Mongoljani biex tqawwa t-togħma tal-boortsog, imma ż-żejt veġetali jista' jintuża ukoll.[5][6][7][8]
Rekords Dinjin
[immodifika | immodifika s-sors]L-ikbar (179 kg) baursak issajret fl-20 ta' April, 2014 f'Ufa, ir-Russja, u intużaw 25 kg zokkor, 70 kg dqiq, u 50 kg ta' għasel Baxkir biex issir. [9] Rekord dinji tal-Guinness inksir f'Almaty fis-7 ta' Settembru, 2014 waqt ċelebrazzjoni ta' Jum l-Omm, fejn issajru 856 kilogrammi ta' baursaks f'post wieħed u f'ġurnata waħda. Iċ-ċelebrazzjoni sar f'forma ta' battalja kulinarja bejn timijiet ta' kunjati u kenniet. Seba' timijiet ipparteċipaw fil-kompetizzjoni.[10]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Ara wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]Bibliografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Mayhew, Bradley; Bloom, Greg; Noble, John; Starnes, Dean (2007). Central Asia: Kazakhstan, Tajikistan, Uzbekistan, Kyrgyzstan, Turkmenistan (bl-Ingliż). Lonely Planet. ISBN 978-1741046144.
- Schreiber, Dagmar (2008). Kasachstan entdecken: Auf Nomadenwegen zwischen Kaspischen Meer und Altaj (bil-Ġermaniż) (3et ed.). Trescher Verlag. ISBN 978-3897941373.
- Waters, Bella (2007). Kazakhstan in Pictures. Visual Geography (bl-Ingliż) (2ni ed.). Twenty-First Century Books. ISBN 978-0822565888.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Waters 2007, p. 51.
- ^ Mayhew & Noble 2007, p. 112.
- ^ Schreiber 2008, p. 107.
- ^ Schreiber 2008, p. 104.
- ^ "Boortsog - Боорцог". mongolfood.info (bl-Ingliż).
- ^ "Recipe for Boortsog". Shards of Mongolia (bl-Ingliż). 2005-09-05.
- ^ "Mongolian cooking recipes: Boortsog". e-mongol.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-05-17. Miġbur 2020-04-27.
- ^ Attokurov, Azamat (2007-09-05). Жене жана боорсок. YouTube.com (bir-Russu).
- ^ В Уфе на изготовление самого большого баурсака России потратили 1006 яиц. bashinform.ru (bir-Russu). 2014-04-21. Miġbur 2016-09-08.
- ^ Косенов, Алдияр (2014-09-07). Новый рекорд Гиннесса установили в Алматы в День Матери. Tengrinews.kz (bir-Russu). Miġbur 2016-09-08.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Riċetta
- Riċetta
- Riċetta
- Kirgiż jaqli boorsoq
- My Home - Riċetti mill-kċina Tatar