Lydia Davis
Lydia Davis | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Northampton (en) , 15 Lulju 1947 (77 sena) |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Familja | |
Missier | Robert Gorham Davis |
Omm | Hope Hale Davis |
Konjuga/i |
Paul Auster (mul) Alan Cote (en) |
Ulied |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Barnard College (en) The Putney School (en) |
Lingwi |
Franċiż Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
lingwista traduttur kittieb għalliem fl-università rumanzier |
Impjegaturi | State University of New York at Albany (en) |
Premjijiet | |
Influwenzat minn | Vladimir Nabokov (en) |
Sħubija | Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi |
Lydia Davis, imwielda fl-Amerka fil-15 ta' Lulju, 1947, hija kittieba ta' novelli, rumanziera, saġġista u traduttriċi mill-Franċiż u lingwi oħra.[1][2][3] Davis ipproduċiet diversi traduzzjonijiet ġodda ta' xogħlijiet letterarji klassiċi Franċiżi, fosthom Swan's Way ta' Marcel Proust u Madame Bovary ta' Gustave Flaubert. Barra minn hekk, it-traduttriċi spiss kienet tikteb stejjer partikolarment qosra.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Davis ippubblikat sitt kollezzjonijiet ta' xogħlijiet letterarji ta' fizzjoni, fosthom The Thirteenth Woman and Other Stories (1976) u Break It Down (1986), finalist għall-Premju PEN/Hemingway. L-aktar pubblikazzjonijiet riċenti tagħha kienu Can't and Won't (2013) u Varieties of Disturbance, ktieb ippubblikat minn Farrar, Straus and Giroux, li fl-2007 kien finalist għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tal-Amerka. The Collected Stories of Lydia Davis (2009) jinkludi x-xogħlijiet ta' fizzjoni kollha tagħha sal-2008.
Davis ittraduċiet xogħlijiet miktubin minn Proust, Flaubert, Blanchot, Foucault, Michel Butor, Michel Leiris, Pierre Jean Jouve u kittieba Franċiżi oħra, kif ukoll kotba miktubin mir-rumanzier Belġjan Conrad Detrez u l-kittieb Olandiż A.L. Snijders.[4]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Read 15 Amazing Works Of Fiction In Less Than 30 Minutes". HuffPost (bl-Ingliż). 2014-06-13. Miġbur 2022-05-06.
- ^ Leslie, Nathan. "That 'V' Word.". Field Guide to Writing Flash Fiction. Ed. Masih, Tara L. Brookline, MA, USA: Rose Metal Press, 2009, 8-9; 11-14.
- ^ "Los Angeles Review of Books". Los Angeles Review of Books (bl-Ingliż). 2014-04-02. Miġbur 2022-05-06.
- ^ "Lydia Davis — internationales literaturfestival berlin". www.literaturfestival.com. Miġbur 2022-05-06.