Aqbeż għall-kontentut

Qrendi FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Qrendi FC
Qrendi Football Club
Isem sħiħ Qrendi Football Club
Fundazzjoni 1955
Grawnd Grawnd Nazzjonali Ta' Qali, Ta' Qali
President ?
Kowċ ?
Kampjonat (III)
L-ewwel
It-tieni

Qrendi Football Club huwa klabb tal-futbol Malti mill-villaġġ ta Qrendi fin-Nofsinhar ta' Malta. Beda fl-1955, bħalissa jikkompeti fit-Tielet Diviżjoni.

In-nursery tal-klabb pproduċiet diversi plejers u uffiċjali distinti li jissema l- isem tagħhom fil- pajjiż kollu. Dr Joe Mifsud li kien il- President tal- Malta Football Association huwa oriġinarjament mir- raħal tal-Qrendi, qabel il-kariga kurrenti tiegħu, għal ħafna snin kien jokkupa l- kariga ta' President tal- klabb. Mr Carmelo Gauci (il-Busby), eks- kit maniġer tat- Tim nazzjonali tal- futbol ta' Malta serva wkoll ghal ħafna snin f' diversi karigi mportanti fil-kumitat kif ukoll bħala maniġer tat-tim u bhala President. Bhala players li hargu mill- klabb ma tistgħax ma ssemmix lil Joe Farrugia (il-Faqi) li lagħab mas- Sliema Wanderers FC u l- Marsa FC. Dan ukoll laghab kontra l-Juventus FC bħala plejer tal-Marsa waqt li fl-Awstralja hu lagħab ma' Melita Eagles .

Aldrin Muscat wkoll jilgħab ma Qrendi FC. Huwa lagħab fil-kampjonat Premier ma Żurrieq u Sliema fejn fl-1995/96 hu lesta l-kampjonat bħala l-aqwa skorer bi 18-il gowls u rebaħ ukoll l-Premier League. Huwa lagħab ukoll ma 'diversi timijiet oħra bħall Gozo FC, ​​Qormi FC u ​​Msida Saint-Joseph FC

Plejer ieħor li jissemma huwa l-eks-teżorier tal-MFA;Norman Darmanin Demajo (id-Dede) li lagħab għal Qrendi FC u mbagħad kien trasferit lill-Valletta FC għas-somma ta 'LM 700.00 (€ 1,630.00) li kienet ikkunsidrata ħafna flus fl-70/80.

Il-klabb esperjenzaw xi problemi finanzjarji fis-sena 1995 wara li t-tim kien promoss għat-Tieni Diviżjoni bl-ebda telf . Madankollu 10 snin wara, fl-2006, Qrendi kellhom kumitat ġdid b'10 membri tax-xogħol u dedikati. Matul l-istaġun 2006/07 Qrendi FC laħqu l-play-offs, iżda naqsu milli jiġu promossi, jitilfu logħbiet kollha. Filwaqt li fl-istaġun li jmiss 2007/08,Qrendi spiċċaw fil-ħames post. Il- President attwali huwa s- sur Daniel Farrugia filwaqt li bhala kowc ghal- istagun 2013-15 kien Demis Paul Scerri.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • ?